Raġel Ta’ 61 Sena Waqa’ Minn Għoli F’Ġnien Fil-Furjana

 Raġel Ta’ 61 Sena Waqa’ Minn Għoli F’Ġnien Fil-Furjana

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15Ppm, il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sa Maison, il-Furjana, minħabba li kien hemm persuna mixħuta fl-art.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post, ġie kkonfermat ir-rapport, intalbet l-assistenza ta’ tim mediku u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-vittma, raġel ta’ 61 sena residenti r-Rabat, waqa’ minn għoli waqt li kien fil-ġnien u spiċċa fit-triq.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com