Il-PN Jilqa’ L-Aħbar Li Fondi Ewropej Se Jintużaw Biex Titnaqqas Il-Carbon Footprint
Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija li ħareġ qal li qed jilqa’ l-aħbar li fondi tal-Unjoni Ewropea se jintużaw għall-pannelli solari fuq karozzi tal-linja u dan bħala parti minn proġett pilota sabiex titnaqqas il-carbon footprint ta’ Malta.
Il-PN qal wkoll li huwa jittama li din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess u mhux bħal ma ġara f’Għawdex meta ntremew €5.6miljun f’fondi Ewropej wara li sitt karozzi tal-linja ntefgħu fi scrapyard u qatt ma ntużaw u wara li Mużew spiċċa ma sarx minħabba f’pika bejn Ministeri.
Saħaq ukoll li hekk kif id-dinja qed tiffaċċja emerġenza globali tal-klima, Malta għandha tkun minn ta’ quddiem biex turi kif deċiżjonijiet żgħar jista’ jkollhom impatt pożittiv kbir fuq il-benesseri tagħna.
Fi tmiem ta’ l-istqarrija l-PN appella wkoll lill-Gvern biex jaġġorna lill-pubbliku dwar studju dwar il-fattibilità li jsir investiment fi flotta ta’ vetturi elettriċi u li tamalgama magħha verżjoni ġdida tal-karozzi tal-linja l-qodma.