Attività B’Risq Il-Kura Paljattiva Minn Hospice

 Attività B’Risq Il-Kura Paljattiva Minn Hospice

L-Ikla Annwali ta’ ġbir ta’ fondi għal Hospice Malta mistennija ssir fl-4 ta’ Settembru tal-2021, fit-8pm f’The Reef Club, li jinsab fil-Westin Dragonara Resort f’San Ġiljan. L-għan ta’ din is-serata huwa ċelebrazzjoni
tal-kura straordinarja li toffri l-NGO u x-xogħol siewi tagħha fit-titjib tal-kwalità ta ħajja tal-pazjenti b’mard serju u l-qraba tagħhom.

Il-qligħ kollu minn din l-ikla se jmur għall-missjoni ta’ Hospice li hija l-kura paljattiva lil pazjenti li qed isofru minn kanċer, motor neuron disease u mard ieħor terminali serju bħal mard kardijaku, respiratorju, u tal-fwied u l-kliewi. Meta wieħed jattendi dan l-avveniment, se jkun qed jgħin lil Hospice Malta tkompli tipprovdi s-servizzi tant bżonnjużi tagħha lil dawk fil-bżonn.

Il-biljetti huma disponibbli online, abbażi ta’ donazzjoni ta’ €60 għal kull persuna. Dan jinkludi welcome drink, ikla bi tliet platti, parkeġġ b’xejn u ilma, soft drinks u inbid lokali matul is-serata kollha. Is-serata se tkun akkumpanjata mill-kantanta lokali Pamela Bezzina. Il-biljetti jistgħu jixtraw online qabel is-26 ta’ Awwissu minn https://hospicemalta.org/event/annual-fundraising-dinner-2021/.

L-avveniment se jkun qed isegwi l-protokolli tal-COVID-19 skont kif jinħarġu mid-Dipartiment tas-Saħħa u kull min jattendi jrid jipprovdi ċertifikat tal-vaċċin.

Għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment u opportunitajiet ta’ sponsorship, tkellem mat-tim billi ċċempel fuq +356 21440085 jew tibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com