“Il-Poplu Jrid Ikun Jaf Il-Pjan Aġġornat Tal-Gvern Dwar Il-Pandemija Mill-Aktar Fis” – Il-PN

 “Il-Poplu Jrid Ikun Jaf Il-Pjan Aġġornat Tal-Gvern Dwar Il-Pandemija Mill-Aktar Fis” – Il-PN

“Il-Gvern għandu mill-aktar fis possibbli jħabbar l-istrateġija tiegħu għall-pjan aġġornat ta’ rkupru ta’ pajjiżna fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19,” dan kien il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija li ħareġ dwar il-pjan ta’ rkupru. Il-PN saħaq li din l-istrateġija għandha titħabbar b’mod partikolari għall-industrija tat-turiżmu u tad-divertiment kif ukoll għas-settur tal-edukazzjoni, li fi ftit ġimgħat oħra jerġa’ jieħu l-ħajja b’eluf ta’ studenti u għalliema li jerġgħu jibdew is-sena skolastika tagħhom.

Il-PN sostna li “wara li għal darba, tnejn, tlieta, Roberta Abela, għaliex ma semax mill-esperti u x-xjentisti, falla fl-istrateġija tiegħu tant li l-ewwel ħallas lill-istudenti biex jiġu Malta u mbagħad ħallashom biex imorru lura pajjiżna, il-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt ikun jaf il-pjan aġġornat tal-Gvern mill-aktar fis.” Il-PN fakkar kif il-Gvern kien wiegħed li hekk kif 85% tal-popolazzjoni tkun ġiet ivvaċċinata sas-16 t’Awwissu jerġa’ jintroduċi ċerti attivitajiet mill-ġdid, xi ħaġa li naqas għal kollox milli jagħmel.

Il-PN temm l-istqarrija tiegħu billi qal li l-Gvern għandu jkun ċar ukoll dwar jekk hemmx bżonn, u xi pjan għandu, għal programm loġistiku ta’ vaċċinazzjoni għall-booster, partikularment għall-anzjani u l-frontliners li kienu minn ta’ l-ewwel li ħadu t-tilqima.

F’appell li għamel il-PN lill-poplu Malti u Għawdxi  qal biex f’dawn il-ġranet ikompli nħarsu ir-regolamenti tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kif ukoll is-saħħa ta’ xulxin partikularment f’dawn il-jiem ta’ festi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com