Attenti: Għada T-Temperatura Ħa Titla’ 42°C

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kemm ħareġ twissija, hekk kif għada, l-Erbgħa 11 t’Awwissu, l-ogħla temperatura se tkun ta’ 42°C. Filwaqt li l-inqas temperatura se tkun ta’ 26°C.
Dan huwa madwar 8°C aktar mill-medja għal dan ix-xahar. Jidher li Awwissu 2021 ħa jkun l-aktar wieħed b’temperaturi għolja qatt reġistrati.
Importanti li wieħed jiftakar sabiex jipproteġi lilu nnifsu kontra il-UV, kif ukoll tixorbu ħafna ilma, kif ukoll ippruvaw evitaw ħinijiet barra fejn ix-xemx tkun l-aktar qawwija.