Għalqa Abbandunata Fil-Mosta Se Tinbidel Fi Ġnien Pubbliku
Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ppjanar Aaron Farrugia ħabbar li għalqa abbandunata fil-Mosta, se tkun ittrasformata fi ġnien pubbliku minflok tintuża għal żvilupp.
Farrugia tenna li dan il-proġett se jkun implimentat mill-GreenServ, u huwa parti minn sensiela ta’ proġetti oħra fl-urban li jlaħħqu investiment ta’ €4.5 Miljun.
Qal ukoll li x-xogħol se jsir b’ħarsien totali lejn l-ekosistemi preżenti, kif ukoll is-siġar taż-żebbuġ u ċ-ċipresk li hemm imħawwla.