Il-Kandidat tal-PN Alex Borg Jgħid Li R-Repubblika U Civil Society Network Huma Rrelevanti

 Il-Kandidat tal-PN Alex Borg Jgħid Li R-Repubblika U Civil Society Network Huma Rrelevanti

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fuq messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali b’reazzjoni għal dak li ħarġu fuq il-midja tagħhom s-Civil Society Network fejn staqsew jekk għandhomx iwaqqfu partit ġdid biex ikun flok l-oppożizzjoni tal-PN li dejjem qed titlef is-saħħa tagħha. Huwa kkundanna bi sħiħ din il-proposta u dak li qed jgħidu s-Civil Society Network u Repubblika.

“Jiena, Alex Borg, bħala kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista niddisassoċja ruħi kompletament minn ma’ entitajiet bħal dawn, li l-għan prinċipali tagħhom imur lil hinn mill-prinċipji u l-valuri tal-Partit glorjuż tagħna!” Saħaq Alex Borg li ħa jkun qed jikkontesta fuq id-distrett ta’ Għawdex.

Huwa kompla jgħid li dejjem emmen u mexa fuq il-valuri tal-Partit Nazzjonalista.

Kompla jgħid “Jiena se naħdem favur il-Partit Nazzjonalista u favur il-Kap tagħna Bernard Grech!”

Alex Borg tenna li “ż-żewġ entitajiet li semmejt hawn fuq huma rrilevanti fil-ħidma tiegħi favur Għawdex u Malta tagħna.”

Alex ikkonkluda il-messaġġ tiegħu billi ħeġġeġ kull attivist, membru, tesserat u kandidat tal-Partit Nazzjonalista sabiex jimxi fuq dawn il-passi, “sabiex b’hekk inkomplu insaħħu l-Partit tagħna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com