Is-Sindku Tal-Mellieħa Jgħid Li Hemm Skeda Ma’ Kuntrattur Biex Jissaqqew Is-Siġar

 Is-Sindku Tal-Mellieħa Jgħid Li Hemm Skeda Ma’ Kuntrattur Biex Jissaqqew Is-Siġar

F’reazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa, is-Sindku Dario Vella qalilna li peress li din is-sena kienet waħda eċċezzjonali f’dik li hija nuqqas ta’ xita, kif ukoll b’temperaturi għoljin ħafna, dawk is-siġar li normalment  jkunu mrawmin ma jissaqqewx matul is-sajf, però din is-sena l-Kunsill Lokali ntervjena biex ma jmutux.

Dario Vella qalilna li din il-ġimgħa stess ssaqqew permezz ta’ bowser is-siġar taż-żebbuġ biswit Triq Selmun, għaliex kif qalilna huwa dan il-Park tal-Familja qatt ma kien hemm sistema ta’ irrigazzjoni biex isir dan b’mod awtomatiku.

Vella żied jgħid ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għandu skeda ma’ kuntrattur fejn ta’ kull ġimgħa ssir tisqija ġol-ġonna pubbliċi, qsari ġewwa triq il-Kbira u soft areas fil-Mellieħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com