“Trid Tkun Żibel Biex Toħroġ Din Il-Miżbla Fid-9pm Il-Ġimgħa Filgħaxija” – Is-Sindku Tax-Xagħra Għawdex
“Trid Tkun Żibel Biex Toħroġ Din Il-Miżbla Fid-9pm Il-Ġimgħa Filgħaxija,” hekk kiteb is-Sindku tax-Xagħra Għawdex Christian Zammit ilbieraħ filgħaxija wara li fi Triq Bullara persuna mhux magħrufa ħarġet ammont kbir ta’ boroż ta’ skart.
“It-trakk tal-iskart ma jgħaddix qabel 12-il siegħa oħra. Se tkun festa għall-ġrieden,” kompla jgħid Zammit hekk kif talab lil awtoritajiet sabiex jinvestigaw u joħorġu l-multi kontra min għamel dan l-att illegali.
Jidher li għad hemm nies bla rispett, basta jeħilsu mill-iskart li jkollhom f’darhom. X’jiġri minnu wara ftit li xejn jimpurtahom.