Wara Ħmistax Ta’ Sħana Qawwija, Se Jinżel Kurrent Frisk Fil-Mediterran

 Wara Ħmistax Ta’ Sħana Qawwija, Se Jinżel Kurrent Frisk Fil-Mediterran
Wara ħmistax ta’ sħana tremenda u oppressiva, pressjoni baxxa li se tifforma fit-Tramuntana tal-Italja se tniżżel kurrenti aktar friski mill-Majjistral fuq iċ-ċentru tal-Mediterran għal nofs il-ġimgħa d-dieħla, u wara anke jiffurmaw l-għerejjex għal tmiem il-ġimgħa.
Dettalji:
It-temp se jibda xemxi u sħun li jiffriska xi ftit mill-Erbgħa 18/8 b’kurrenti pjuttost qawwija u jissaħħab f’xi nħawi lejn jiem tmiem il-ġimgħa waqt l-aqwa tal-ġurnata. Jinħass umdu fil-jiem mingħajr riħ..
Ir-riħ se jkun moderat (sa Forza 4) mill-Punent il-Lbiċ (WSW) fl-ewwel jumejn tal-ġimgħa, li jdur Majjistral (NW) mit-Tlieta 17/8 filgħaxija u jsir qawwi (sa Forza 6) nhar l-Erbgħa 18/8.  Inaqqas mill-Ħamis 19/8 filgħaxija u jkun ħafif u varjabbli fi tmiem il-ġimgħa (temp umdu).
It-temperatura massima se tkun viċin il-35°C fl-ewwel jumejn tal-ġimgħa li titbaxxa u tiġi mal-medja (32°C) mill-Erbgħa 18/8 ‘il quddiem, filwaqt li t-temperaturi minimi se jkunu fl-ambitu ta’ bejn 24°C u 25°C.
It-temperatura medja tal-baħar issa saħnet għal 29°C, li hi madwar 3°C aktar mill-medja staġjonali għal nofs Awwissu.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com