Isma’: “Iftaħ Il-Bieb P** Kollok…Iftħu Ħa Niġġieldu Ħaqq…Ħa Ngħidlek X’Niswa Jien Bla Bajd!”

 Isma’: “Iftaħ Il-Bieb P** Kollok…Iftħu Ħa Niġġieldu Ħaqq…Ħa Ngħidlek X’Niswa Jien Bla Bajd!”

Wara l-intervista li ħarġet ilbieraħ fuq Times of Malta kien hemm diversi reazzjonijiet fuq dak li qal u rrakkonta Anthony Borg, ir-raġel li għadu kemm ħareġ mill-ħabs ftit tal-ġranet ilu.

F’reazzjoni għal dak li qal fl-intervista Anthony Borg dwar it-trattament tal-gwardjani fil-ħabs, il-General Workers Union qalu li “l-Uffiċjali Korrettivi qatt ma wżaw vjolenza fuq priġunieri u dan minkejja li diversi drabi jiġu provokati, insultati u mhedda waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.”

Il-GWU rringrazzjaw lill-Uffiċjali Korrettivi kollha għall-ħidma li qed iwettqu fil-ħabs, filwaqt li qalet li ħa tibqa’ it-tarka tagħhom minkejja l-attakk kontinwu fuqhom minn xi wħud.

Dan qaluh fuq il-mezzi soċjali tagħhom, filwaqt li tellgħu recording fejn jinstema l-istess l-priġunier li tkellem mat-Times jistieden lil gwardjani għall-ġlied u xorta ma ġiex msawwat, dan kontrarjament għal dak li qal fl-intervista tal-bieraħ, saħqet il-GWU.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com