“Inkunu Aħna Li Nagħmlu L-Ewwel Pass, Billi Nużaw Il-Prodotti Lokali” – Alex Borg

 “Inkunu Aħna Li Nagħmlu L-Ewwel Pass, Billi Nużaw Il-Prodotti Lokali” – Alex Borg

“Nafu kemm pajjiżna huwa limitat mir-riżorsi naturali. Għalhekk huwa importanti li kollha kemm aħna nagħmlu l-parti tagħna sabiex dak li għandna nibżgħu għalih.” Hekk kiteb il-kandidat Għawdxi tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fuq il-mezzi soċjali tiegħu meta kien qed jitkellem dwar il-produzzjoni tal-melħ f’Għawdex.

Huwa qal li n-natura ta’ kuljum tipprovdilna sorsi differenti ta’ nutrijenti, fosthom il-melħ li f’Għawdex għada ssir din il-produzzjoni. Alex Borg qal li kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu sabiex din tradizzjonijiet bħal dawn ma nħalluhomx imutu u nerġgħu nagħtuhom il-ħajja.

“Inkunu aħna li nagħmlu l-ewwel pass, billi nużaw il-prodotti lokali,” tenna Borg.

Is-sit tagħna tkellem ma’ Alex Borg fejn staqsejna, kif il-pajjiż għandu jgħin lil dawn in-negozji?

Alex wieġeb li negozji tradizzjonali bħal dawn għandu jkollhom protezzjoni kif ukoll l-art u l-ambjent min fejn jaħdmu għandhom jkunu protetti għal aktar serħan il-moħħ. Apparti minn hekk Alex qalilna li għandu jkun hemm aktar inċentivi b’saħħithom anke finanzjarji sabiex jimpjegaw nies b’pagi diċenti li jaħdmu f’dan is-settur.

Staqsejna wkoll x’għandu jsir sabiex il-produzzjoni tal-melħ u produzzjonijiet oħrajn f’Għawdex ma’ jintilfux u jibqgħu jiġu apprezzati?

Alex Borg qalilna li għandna nibdew bit-tfal ta’ età żgħira fejn l-iskejjel tal-primarja għandhom jorganizzaw aktar ħarġiet informattivi għat-tfal speċjalment f’siti fejn jsiru prodotti lokali.

Għandhom ukoll jibdew isiru korsijiet qosra fl-MCAST dwar il-produzzjoni ta’ ċertu prodotti li jsiru lokali.

Finalment Alex qalilna li għandu jkun hemm ukoll inċentivi fiskali lil kull min jixtri prodott manifatturat lokalment.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com