Machine Guns, Pistoli, Hand Granades U Velenu Fost Armi Li Allegatament Xtara Yorgen Fenech Minn Fuq Id-Dark Web

 Machine Guns, Pistoli, Hand Granades U Velenu Fost Armi Li Allegatament Xtara Yorgen Fenech Minn Fuq Id-Dark Web

Dalgħodu waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tan-negozjant Yorgen Fenech ħareġ li sena wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa kien xtara hand granades, machine guns, velenu, pistoli u mat-800 balla fost affarijiet oħra li nxtraw minn fuq id-dark web.

Fenech ħallas għal dawn l-armi bil-Bitcoin.

L-avukat Charles Mercieca f’isem id-difiża x’ħin semgħa dan qam joġġezzjona u qal li “mhu veru xejn”, filwaqt li Fenech beda jitbissem.

It-tip ta’ velenu li nxtara huwa Cyanide, velenu li jekk tikkonsma gramma waħda toqtlok fi ftit sekondi. Yorgen Fenech xtara 20 gramma.

Apparti minn hekk intqal ukoll li mal-pistoli nxtraw silencers apposta sabiex lis-sparatura ma tinstemax.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com