Jekk Int Artist Għandek Iċ-Ċans Li Tissottometti Proġett Artistiku Li Jista’ Jingħażel Biex Jkun Installat F’Triq Id-Donaturi Tad-Demm F’Għawdex

 Jekk Int Artist Għandek Iċ-Ċans Li Tissottometti Proġett Artistiku Li Jista’ Jingħażel Biex Jkun Installat F’Triq Id-Donaturi Tad-Demm F’Għawdex

Bl-iskop li tkompli tiżdied l-arti pubblika f’Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda sejħa għall-kreattività bl-intenzjoni li jintagħżel xogħol tal-arti b’tema li tippromwovi l-għoti tad-demm u li jista’ jiġi kkummissjonat biex isir fuq skala kbira.

Permezz ta’ din is-sejħa, il-Ministeru għal Għawdex qed jistieden artisti interessati biex jagħmlu proposti għal disinn u xogħol artistiku biex jitqiegħed b’mod permanenti fit-Triq id-Donaturi tad-Demm fir-Rabat, Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega li dan qed isir, “sabiex filwaqt li tkompli tissebbaħ l-entratura prinċipali lejn l-uniku sptar f’Għawdex fiż-żona tar-Rabat, permezz ta’ din l-arti se jkun qed jitwassal messaġġ ta’ motivazzjoni u ħajr lil dawk li jagħtu d-demm”.

Il-parteċipanti kollha huma mitluba jippreżentaw disinji tax-xogħol artistiku flimkien ma’ proposta li tispjega l-ħsieb u l-materjal li jkun maħsub l-aħjar li jintuża biex tinħadem. Ix-xogħol artistiku jrid ikun komplut u mwaħħal sal-aħħar ta’ Mejju 2022.

L-applikazzjoni għandha titniżżel mis-sit eletroniku tal-Ministeru għal Għawdex https://mgoz.gov.mt/en/Pages/eForms/Espressjoni%20Arti%20Pubblika%20Triq%20Donaturi%20tad%20demm.aspx.

L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-30 ta’ Settembru 2021.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com