“Il-Ministru Byron Camilleri Għadu Ma Ħa L-Ebda Azzjoni…Minflok Waqa’ Fil-Muta” – Il-PN

 “Il-Ministru Byron Camilleri Għadu Ma Ħa L-Ebda Azzjoni…Minflok Waqa’ Fil-Muta” – Il-PN

Wara li għaddew 48 siegħa mill-aħħar każ ta’ mewt fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jinsisti sabiex il-Prim Ministru jieħu azzjoni. “Dan għaliex id-direttur tal-faċilitá għadu hemm u l-Ministru Byron Camilleri għadu ma ħa l-ebda azzjoni li tirrifletti responsabbiltà u minflok waqa’ fil-muta” saħaq il-PN fi stqarrija.

Il-PN tenna li “l-Ministru Byron Camilleri qed jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni u b’irresponsabbiltá qed jibqa’ jibbaża ruħu fuq inkjesta li sejjaħ ftit jiem ilu. Inkjesta li hi mifnija b’kunflitti ta’ interessi.”

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Prim Ministru, biex ma jistenniex mewta oħra u minnufih jara li l-proposti tal-Oppożizzjoni, kif ukoll dawk ta’ diversi esperti fis-settur, dwar riforma fil-ħabs, jitwettqu mingħajr aktar dewmien, fosthom li jiġi pprovdut trattament xieraq lill-vittmi tad-droga l’ bogħod mill-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com