Bil-Filmat: Prova Jibda Ħajja Aħjar…Żagħżugħ Ta’ 19-il Sena Fost Dawk Li Waqgħu Mill-Ajruplan Fl-Afganistan

 Bil-Filmat: Prova Jibda Ħajja Aħjar…Żagħżugħ Ta’ 19-il Sena Fost Dawk Li Waqgħu Mill-Ajruplan Fl-Afganistan

Żagħżugħ Afgan li kien jilgħab għat-tim nazzjonali tal-football tal-Afganistan huwa wieħed milli deher jaqa’ minn ajruplan f’wieħed mill-filmati li f’dawn il-ġranet qed jidhru fuq il-midja.

Minn meta l-grupp tat-Taliban ħa l-pajjiż f’idejh bosta nies ippruvaw jaħarbu mill-pajjiż. F’ewwel ftit siegħat minn wara li tħabbar dan diversi nies rħewlha lejn l-ajruport ta’ Kabul bit-tama li jaħarbu lejn pajjiż ieħor fuq ajruplan biex jibdew ħajja aħjar.

Zaki Anwari ta’ 19-il sena kien wieħed minnhom li prova jiggranfa ma’ ajruplan militari Amerikan, f’disperament li jaħrab mill-Afganistan.

S’fortunatament Zaki kien wieħed li nhar it-Tnejn li għadda deher fil-filmat jaqa’ mill-ajruplan fost aktar li tilfu ħajjithom, ftit sekondi wara t-tluq.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com