“Il-Ħobż Tih Lil Min Jaf Jieklu” – Jason Micallef Dwar Il-‘Valletta Design Cluster’
Il-Malti jgħid “il-ħobż tih lil min jaf jieklu,” hekk kiteb Jason Micallef iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency f’post fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Huwa kien qed jirreferi għal proġett tal-‘Valletta Design Cluster’ fejn qal li “rari jekk qatt rajt, trasformazzjoni ta’ binja litteralment żdingata, u telqa li ma titwemminx, tinbidel f’meravilja ta’ spazju aħdar, kulur, siġar u arbuxelli, fjuri, ġnien pubbliku uniku l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.”
Jason Micallef qal li dan il-proġett huwa għall-qalbu ħafna, proġett b’viżjoni u legat ta’ Valletta 2018.
Huwa qal ukoll li dan il-ġnien u spazju jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, kif ukoll huwa aċċessibbli għal kulħadd permezz ta’ lift li jieħu wkoll siġġu tar-roti.
“Il-ħidma tagħna fil-Belt Valletta tkompli” temm jgħid Jason Micallef.