Jason Micallef Jikkritika Inizjattiva Ambjentali Bejn Il-Ministeru Għall-Ambjent U X Factor Malta

 Jason Micallef Jikkritika Inizjattiva Ambjentali Bejn Il-Ministeru Għall-Ambjent U X Factor Malta

Iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency u ta’ ONE Productions Jason Micallef kritika l-inizjattiva mill-Ministeru għall-Ambjent li għal kull “Iva” li se jagħtu l-ġurija ta’ X Factor Malta lil kontestanti, se tkun imħawwla siġra.

“Jekk l-inizjattivi ambjentali f’pajjiżna se jieħdu sura f’X Factor u madwar l-X Factor, allura ‘l veru każ li għandna problema serja ħafna dwar ta’ kif naħsbu fuq, u nittrattaw l-ambjent f’pajjiżna.” Hekk kiteb Jason Micallef f’post fuq il-mezzi soċjali ftit wara li l-Ministru Aaron Farrugia ħabbar din il-kollaborazzjoni bejn il-ministeru tiegħu u X Factor inizjattiva li se tara wkoll il-produzzjoni tmur kompletament mingħajr karti.

“Għidlu IVA ħa nħawwlu siġra!!! X’faqar,” temm jgħid Jason Micallef.

Din l-inizjattiva ġiet mfaħħar minn bosta nies però jidher li mhux il-każ għal Jason Micallef.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com