Moderna B’Vaċċin Ġdid Kontra L-HIV

 Moderna B’Vaċċin Ġdid Kontra L-HIV

Moderna qalet li wara s-suċċess bil-vaċċin kontra l-Covid-19, fil-jiem li ġejjien ħa tkun qed tibda l-provi tagħha fuq in-nies wara l-istess kumpanija żviluppat vaċċin kontra l-HIV.

Fil-jiem li ġejjien dan il-vaċċin ħa jkun qed jiġi pruvat fuq 56 persuna bejn it-18 u l-50 sena sabiex jaraw l-effiċjenza tiegħu kif ukoll side effects li jista’ jkollu.

Dan il-vaċċin ġie żviluppat wara li nstab li s-sistema u t-teknoloġija użata fil-vaċċin kontra l-Covid-19 u l-mod kif jaħdem fil-ġisem biex jiġġieled il-virus huwa l-istess metodu kif għandu jiġi attakkat l-HIV.

Fil-preżent m’hemmx kura għal din il-marda li qatlet miljuni ta’ nies madwar id-dinja.

Dawn it-testijiet jistgħu jkunu nifs ġdid fil-qasam mediku sabiex tiġi miġġielda marda oħra qerrieda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com