Attivitajiet Bin-Nies Bilwieqfa Lura Mis-6 Ta’ Settembru Li Ġej

 Attivitajiet Bin-Nies Bilwieqfa Lura Mis-6 Ta’ Settembru Li Ġej

Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet waqt li kien qed jinawgura ċentru tas-saħħa ġdid fil-Kalkara qal li mis-6 ta’ Settembru ‘l quddiem ser jkunu jistgħu jerġgħu jibdew isiru attivitajiet bin-nies bilwieqfa. Dawn se jibdew b’massimu ta’ 100 persuna.

Jidher li dan il-ftehim ntlaħaq fl-aħħar jiem wara laqgħat li saru bejn il-Ministeru u l-MEIA fejn ġie diskuss il-protokol ta’ kif ħa jkunu qed isir dawn l-attivitajiet.

Waqt il-konferenza ġie mħabbar ukoll li mit-13 ta’ Settembru se tkun qed tibda tingħata l-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil persuni li għandhom kundizzjoni medika. Dawn ħa jkunu qed jirċievu data bil-posta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com