Tikolx Minn Dawn Il-Prodotti Għax Ikkontaminati Bl-Ethylene Oxide
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li huwa kkontaminat bl-Ethylene oxide.
It-torta jisimha Bis Frolline (30% di Confettura di More e Mirtilli) u hija tad-ditta Valdenza Arte Pasticcera b’piż ta’ 50 gramma. In-numru tal-lott huwa 1L064 bid-data ta’ durabbiltà 15/10/2021.
L-għaġin tal-għamla fusilli jismu Pasta alla Curcuma e Pepe Nero Bio (Għaġin bit-trab taż-żgħafran u l-bżar iswed, Bio) tad-ditta Pasta Natura b’użin ta’ 250 gramma u bid-data ta’ durabbiltà 28.01.2024.
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE.
Għalkhemm il-konsum ta’ dawn il-prodotti mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.