“Illum Kien Ikkonfermat Li Rreġistrajna L-Inqas Rata Ta’ Qgħad Fl-Istorja” – Il-PM
“Illum kien ikkonfermat li rreġistrajna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.” Hekk kiteb il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali tiegħu.
Tenna li kif quddiem it-theddida ta’ 50,000 persuna mingħajr xogħol kawża tal-pandemija, “ingħaqadna mal-imsieħba soċjali, negozji u ħaddiema u ħadna l-miżuri li kien hemm bżonn biex illum qed nerġgħu nitkellmu dwar l-isfida li neħtieġu iżjed ħaddiema.”
Il-Prim Ministru Abela qal ukoll li hemm sfidi oħra li hemm ir-rieda u l-kredibbiltà li jkunu indirizzati.