Il-PN Jwiegħed Rata Fissa Ta’ 10ċ5 Għal Kull Unit Ikkunsmat Minn Karrozza Elettrika F’Kull Ħin

 Il-PN Jwiegħed Rata Fissa Ta’ 10ċ5 Għal Kull Unit Ikkunsmat Minn Karrozza Elettrika F’Kull Ħin

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli Ryan Callus, mill-Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali David Thake u l-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Rebekah Cilia, ġie mħabbar li Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech iwiegħed rata fissa ta’ 10ċ5 għal kull unit kkunsmat minn karrozza elettrika.

Ingħad li l-Gvern tilef opportunitá li jinċentiva bis-serjetá lix-xufiera Maltin milli jagħmlu l-qalba għall-karozzi elettriċi hekk kif żamm dik li skont hu hija “rata preferenzjali”. “Ir-rata ta’ 13ċ għall kull unit kkunsmat mill-karozza elettrika mhi preferenzjali xejn, għaliex l-irħas hija dik ta’ 10ċ5,” saħqu l-kelliema tal-PN.

Ingħad ukoll li Gvern Nazzjonalista ma jorbtokx bil-ħinijiet x’hin tiċċarġja, għaliex ir-rata fissa tkun applikabbli fil-ħinijiet kollha.

Il-kelliema spjegaw kif il-Gvern fi tmien snin, irnexxielu jikkonvinċi biss 4,000 persuna biex jixtru karrozza ta’ dan it-tip. “Għax mhux kapaċi, il-Gvern kellu jdur lejn il-privat biex joħloq hu ċ-charging pillars.”

Il-kelliema saħqu li l-Gvern irid jinvesti bis-serjetá f’infrastruttura xierqa għal aktar charging pillars filwaqt li għandu jkun hemm sistema b’saħħita ta’ distribuzzjoni tal-elettriku.

Ritratt: Net News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com