Biex Is-Saħnu D-Dar Tagħhom Kienu Jaħarqu L-Flus…
F’dan ir-ritratt interessanti tidher mara taħraq ammont kbir ta’ flus biex isaħħan id-dar tagħha.
Dan kien ġara fil-Ġermanja meta fl-1920 kien hemm inflazzjoni kbira fil-flus Ġermaniżi kawża li kienu ġew stampati ammont kbir ta’ flus li spiċċaw tilfu l-valur tagħhom.
F’dawn is-snin il-valur tal-flus stampati tant kemm kien niżel li l-faħam u l-injam ġew jiswew aktar minnhom. Dan wassal biex bdew jaħarqu l-flus flok l-injam jew il-faħam matul din il-kriżi finanzjarja fil-Ġermanja.