Il-PN Jenfasizza L-Urġenza Tal-Ġlieda Kontra L-Kriminalità F’Malta

 Il-PN Jenfasizza L-Urġenza Tal-Ġlieda Kontra L-Kriminalità F’Malta

Wara l-każ tal-bieraħ fejn Yorgen Fenech ġie mressaq il-Qorti b’akkużi ġodda fejn allegatament xtara armi b’mod illegali, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-fatt li tressaq quddiem il-Qorti persuna akkużat li xtara numru ta’ armi perikolużi, jemfasizza l-urġenza tal-ġlieda kontra l-kriminalità f’Malta.

Il-PN saħaq li “lil hinn mill-proċeduri, huwa importanti għall-pajjiżna li nsiru nafu għal min kienu intenzjonati l-armi u l-munizzjon u min kien fil-ħsieb li jinqatel.”

“Huwa kruċjali għall-pajjiżna li jkun jaf jekk ġurnalisti, membri tal-ġudikatura, politiċi u uffiċjali tal-pulizija kinux fil-mira ta’ dawn l-allegati attakki li kienu qed jiġu ppjanati,” tenna jgħid il-PN, filwaqt li kompla jsostni li l-pajjiż għandu bżonn is-serħan il-moħħ li l-liġi qed tiġi rispettata.

Il-PN temm jgħid li huwa kruċjali wkoll għall-gvern li jifhem l-urġenza biex tintemm l-impunità f’Malta, kemm billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kif ukoll billi jiżgura li dawk  magħrufa li wettqu reati ma jibqgħux protetti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com