Stħarriġ Juri Kif Il-Maskra Hija Fost L-Aktar Miżuri Li L-Poplu Malti Jixtieq Li Tiġi Rilaxxata
Aktar kmien din il-ġimgħa ġiet ippublikata t-tielet edizzjoni ta’ nota ekonomika mill-Uffiċju ta’ Dr. Joseph Muscat flimkien mal-kumpanija Sagalytics tal-istatistiku Dr. Vincent Marmara.
Din in-nota ekonomika, akkumpanjata minn għada ta’ sejbiet interessanti, tgħati indikazzjoni tal-aptit ekonomiku tal-poplu wara l-impatt tal-pandemija Covid19.
Fost is-sejbiet jidher, li l-maskra hija fost l-aktar miżuri li l-poplu Malti jixtieq li tiġi rilaxxata. 65.7%, iġifieri madwar 2 minn kull 3 persuni wieġbu li jixtiequ li l-maskra ma tibqax titlibes la darba persuna tkun vaċċinat. Huma biss persuna minn kull tlieta li jaħsbu li f’Malta għandha tibqa’ tintlibes il-maskra bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Dan l-istħarriġ jikkonferma perċezzjoni komuni li l-maskra mhux biss qedgħha iddejaqna f’dawn iż-żminijiet sħan tas-sajf, iżda kienet fost l-aktar miżuri ta’ inkonvenjent fl-aħħar xhur maħkuma mill-pandemija.
Iż-żgħażagħ huma fost l-aktar li jixtiequ li titneħħa l-maskra segwiti minn demografiċi oħra li jonqsu aktar ma’ tikber l-eta. Madanakollu kull faxxa ta’ eta’ taqbel fil-maġġoranza li l-maskra għandha titneħħa.
Ritratt: dailyrecord.co.uk