3 Nisa Weġġgħu F’Inċident Tat-Traffiku Dalgħodu F’Ħal Tarxien
Dalgħodu, għal xi d-9am, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
Il-ħabta seħħet bejn van Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 47 residenti Ħal Tarxien u karozza Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti Ħal Għaxaq.
Fit-Toyota kien hemm passiġġiera żewġ nisa ta’ 49 u 71 sena residenti l-Fgura.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-għajnuna, ambulanza ħadet lit-tliet nisa l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard iż-żewġ nisa ta’ 49 u 71 sena kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-ġrieħi tal-mara ta’ 44 sena għadhom mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.