Mħabbra l-40 Finalista Għall-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2021
Tard il-Ħamis filgħaxija kienet konkluża l-fażi eliminatorja taż-żewġ Konkorsi tal-Kanzunetta Indipendenza għal din is-sena.
Għaxar membri tal-ġurija għażlu 40 kanzunetta minn total ta’ 74 li ġew sottomessi għall-edizzjoni ta’ din is-sena. Minn dawn, 20 kanzunetta se jkunu qed jieħdu sehem fil-konkors tal-kbar filwaqt li 20 kanzunetta oħra fil-kategorija Junior.
Kienu ħames ġurati differenti f’kull kategorija, fil-preżenza ta’ nutar ma’ kull ġurija, li vvutaw sabiex saru magħrufa l-20 finalista f’kull kategorija.
Il-pubbliku ser ikollu ċ-ċans li jivvota għall-kanzunetta favorita tiegħu meta ser ikun jista’ jivvota permezz tat-televoting. Il-linji ser jifthu nhar l-1 ta’ Settembru fejn kull kanzunetta ser ikollha numru abbinat magħha.
Matul il-ġimgħa ta’ qabel il-festival, fuq NET TV u NET FM, ser ikunu qed jittellgħu programmi speċjali marbuta ma’ dawn iż-żewġ konkorsi. Għal din is-sena ġie deċiż li l-kartolini abbinati mal-kantanti kollha ser ikollhom tema marbuta mal-ambjent.
Is-serati finali ser isiru fis-17 u t-18 ta’ Settembru fejn il-preżentaturi fl-edizzjonijiet ta’ din is-sena ser ikunu Michela Dalli u Mark Azzopardi għall-KKI Junior filwaqt li Valerie Vella u Keane Cutajar se jippreżentaw il-KKI riservat għall-kantanti stabbiliti.
Is-serati finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior u tal-Konkors Kanzunetta tal-kbar se jixxandru live fuq NET TV fit-8.30pm.
Ara l-finalisti hawn taħt: