Iddeċidew Li Ma Jixhdux Kontra Xulxin U Ġew Illiberati
Erbat irġieli Sirjan ddeċidew li ma jixhdux kontra xulxin fil-qorti b’akkuża li dawn ħebbew għal xulxin f’argument f’Ħal Qormi. B’hekk, huma ġew illiberati.
Huma dehru bid-demm saħanistra fuq ħwejjiġhom iżda ddeċidew li ma jixhdux kontra xulxin.
B’hekk, il-Qorti kienet kostretta li tilliberahom minn kull akkuża, kawża ta’ nuqqas ta’ evidenza.