Raġel Isofri Ġrieħi Serji Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Karozza U Ħabat Ma’ Ħajt F’Ħal Luqa
Raġel Filippin ta’ 43 sena minn Ħal Luqa, tilef il-kontroll tal-karozza Mazda 2 Sport li kien qed isuq u ħabat ma’ ħajt.
L-inċident seħħ ilbieraħ, tard filgħaxija għall-ħabta tal-11:30pm, fi Triq Valletta, Luqa.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.