L-Inkjesta Ma Ssibx Li Kien Hemm Tibdil Fil-Marki Ta’ Studenti Tal-Year 11
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana ħa tkun qed tippubblika b’mod sħiħ ir-Rapport tal-Inkjesta dwar ir-riżultati tal-eżamijiet annwali ta’ Year 11.
Il-Ministru Justyne Caruana fi stqarrija qalet li r-rapport jgħid ċar li ma jirriżultax li kien hemm tibdil fil-marki ta’ dawn l-eżamijiet annwali ta’ Year 11.
Il-Ministru kienet ħatret bord ta’ inkjesta indipendenti biex jinvestiga allegazzjonijiet tal-Union tal-Għalliema, l-MUT, li fir-riżultati tal-eżamijiet imsemmija kien hemm tibdil fil-marki.
F’kumment dwar dak li ħareġ mir-rapport il-Ministru Justyne Caruana qalet li hija sodisfatta li r-rapport jgħid ċar li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-marki. Hija qalet ukoll li ir-rapport jagħti diversi rakkomandazzjonijiet għal titjib li għandu jkun hemm fis-sistema, u filwaqt li se tanalizzahom, se tara wkoll li dawn ikunu implimentati kemm jista’ jkun malajr.