“Fl-enerġija L-Labour Moħħu Fil-Passat” – Il-PN

 “Fl-enerġija L-Labour Moħħu Fil-Passat” – Il-PN
Fi stqarrija mill-PN, intqal li wara li l-Partit Nazzjonalista ħabbar li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti dik li hija rata preferenzjali ta’ vera ta’ 10ċ5 lil min jiċċarġja l-karozza elettrika, il-Labour kompla jwebbes rasu. “L-għebbusija tar-ras tal-Labour se twassal biex is-sidien tal-karozza elettriċi li jiċċarġjaw il-karozza fi djarhom, se jħallsu 2ċ5 iktar għall kull unit ikkunsmat.”
Intqal li l-Partit Nazzjonalista jwiegħed li jagħmel dan għaliex kommess li jixtri mill-irħas sors, għall-kuntrarju tal-Labour, li marbut jixtri mill-Electrogas.
“Meta mistoqsija dwar dan, il-Ministru Miriam Dalli taf biss titkellem dwar il-passat. Fis-settur tal-enerġija, il-Labour kapaċi biss jaħrab mill-mistoqsija u jwaħħal f’ħaddieħor.”
Bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista, kull familja li tinvesta f’karozza elettrika, se tiffranka bejn €60 u €100 f’sena iktar mill-proposta tal-Labour. Il-Partit Nazzjonalista jwiegħed li jagħmel dan għaliex kommess li jixtri mill-irħas sors, għall-kuntrarju tal-Labour, li marbut jixtri mill-Electrogas. Hekk temmet tgħid l-istqarrija tal-PN iffirmata minn Ryan Callus – Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli flimkien ma’ David Thake – Kelliem għall-Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com