Dawn Il-Prodotti Fihom Ingredjent Li Mhuwiex Awtorizzat Fl-Unjoni Ewropea
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li huwa kkontaminat bl-Ethylene oxide.
Prodott: Crema di Soia da Cucina (Soya based cooking creme)
Ditta: Isola Bio
Volum: 200ml
Lott u Data tad-durabbiltà: Lott: 201203, Data: 03/12/2021
Prodott: Crema di Cocco da Cucina (Coconut based cooking creme)
Ditta: Isola Bio
Volum: 200ml
Lott u Data tad-durabbiltà: Lott: 210305; Data: 05/03/2022
Prodott: Xarba bażi ta’ lewż
Ditta: Isola Bio
Volum: 1 litre
Lott u Data tad-durabbiltà: 201127; Data: 27/11/2021, 210128; Data: 28/01/2022, 210301; Data: 01/03/2022, 210320; Data: 20/03/2022
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropea, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.