Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Nqabad Bejn Il-Bieb Tal-Garaxx U Vettura F’Ħal Luqa

 Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Nqabad Bejn Il-Bieb Tal-Garaxx U Vettura F’Ħal Luqa

Raġel ta’ 56 sena weġġa’ gravi wara li spiċċa maqbud bejn il-bieb tal-garaxx u l-vettura.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm, fi Triq Ġwann Mamo, Ħal Luqa.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li vettura Tata nieżlet ir-rampa ta’ garage bil-konsegwenza li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Luqa, spiċċa maqbud bejn il-bieb tal-garaxx u l-vettura .

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com