Il-PN Iniedi L-Kampanja ‘Kun Il-Bidla’

 Il-PN Iniedi L-Kampanja ‘Kun Il-Bidla’

‘Kun il-Bidla’, hija l-kampanja li nieda l-Partit Nazzjonalista llum waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, mill-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut u mill-President għar-Riċerka Politika Martina Caruana.

Waqt din il-konferenza tħabbru d-dettalji ta’ din il-kampanja li se jwasslu wkoll għall-festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena.

Il-Kelliema tal-PN qalu li t-tema ‘Kun il-Bidla’ hija xhieda ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista jrid li l-politika ssir min-nies għan-nies. Bl-iskop għal dan is-sit elettroniku tal-Partit Nazzjonalista ġie aġġornat għal www.kunilbidla.com, sit li fih hemm ħafna sezzjonijiet informattivi kif ukoll in-nies jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv.”

Fil-konferenza tal-aħbarijiet tħabbar ukoll li din is-sena l-festi tal-indipendenza se jkunu qed isiru bit-tema ‘Kun il-Bidla’. Il-festi qegħdin isiru skont ir-regolamenti relatati mal-COVID-19 u se jkunu qed isiru diversi attivajiet kemm politiċi, artistiċi u sportivi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com