“Dan Huwa Biss Il-bidu Ta’ Tranżazzjoni Lejn Trasport Aktar Nadif” – Miriam Dalli
Il-Ministru tal-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli Miriam Dalli tenniet fuq il-midja soċjali
tagħha li l-policy u r-regolamentazzjoni għall-iċċarġjar tal-karozzi elettriċi huma biss il-bidu ta’ tranżizzjoni lejn trasport aktar nadif.
“B’dak li qed nagħmlu qed nimmiraw li nolqtu 7 miri tal-iżvilupp sostenibbli inkluż saħħa aħjar, kommunitajiet aktar sostenibbli u t-tibdil fil-klima”, saħqet il-Ministru Dalli.
Qalet ukoll li fuq kollox, qed ikun hemm ħidma biex nimxu ‘l quddiem lejn id-dikarbonizzazzjoni ta’ dan is-settur.