Bosta Jfakkru Għeluq Snin L-Eks Sindku Qormi Renald Falzon Li Ħalliena Din Is-Sena

 Bosta Jfakkru Għeluq Snin L-Eks Sindku Qormi Renald Falzon Li Ħalliena Din Is-Sena

Bosta kienu dawk il-Qriema u oħrajn li kitbu messaġġi emozzjonanti f’jum għeluq snin l-eks Sindku Qormi Renald Falzon fuq il-facebook tiegħu.

Renald Falzon kien ħalla din id-dinja nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru tas-sena li għaddiet 2020.

Huwa kien miet fl-Isptar Mater Dei fl-għomor ta’ 46 sena.

Fost il-messaġġ lmqanqlin kienu dawk min-neptujiet tiegħu:

“Zi, kieku llum kont ħa tagħlaq 47 happy birthday ziju nimmisjak ħafna kuljum, il-ħajja hija differenti ħafna u kuljum nistenna li ħa nerġa’ narakom lilek u lin-nannu. Zi kont raġel ta’ qalb kbira, tħobb u tgħin lil kulħadd, kont raġel li tħobb il familja, kont lest li tagħmel kollox għall-familja. Ziju għandha memorji naqa mhux ħażin li dawk ħadd mhu ha jneħħihomli minn moħħi u li ħa nżommhom għal qalbi tul hajti kollha. Grazzi ta’ kollox li għamiltu miegħi u ta’ dak li għallimtuni inti flimkien man-nannu, Grazzi tal-pariri kollha li tajtuni u ta’ kemm -il darba kelli bżonn spalla ta’ xi ħadd u sibt lilkom INĦOBBOK U NIMMISJAK ĦAFNA ZIJU HAPPY BIRTHDAY FIL-ĠENNA SA MA NERĠGĦu NILTAQGĦU”, kiteb Jurgen Falzon.

Insellmu l-memorja tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com