L-Għaqda Nazzjonali Każini Tal-Banda Mhux Tingħata Widen – Jitwaqqaf Working Group Ta’ Azzjoni

 L-Għaqda Nazzjonali Każini Tal-Banda Mhux Tingħata Widen – Jitwaqqaf Working Group Ta’ Azzjoni

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda fi stqarrija qalet li waqfet working group ta’ azzjoni wara li ma ħadet ebda tweġiba għat-talbiet tagħha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex jinbdew id-diskussjonijiet għal-festi mis-sena 2022.

Dan il working group ġie maħtur sabiex jħejji pjan konkret ta’ kif jistgħu jiġu ċelebrati l-festi b’mod sħiħ mil-1 ta’ Jannar 2022.

Dan il-working group huwa ffurmat min membri li huma involuti bi sħiħ fl-organizzazzjoni tal-festi fosthom is-Soċjetajiet tal-Banda, il-kumitati tal-festi u dawk tal-armar.

L-Għaqda saħqet li l-mira ta’ dan il-working group hija li sa’ l-aħħar ta’ Settembru 2021 ikollu mfassal pjan ħolistiku, liema pjan jiġi preżentat lil Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex juri li l-festi jistgħu jsiru mingħajr ma jnaqqsu l-ħarsien ta’ saħħet il-poplu.

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda terġa għal darb oħra tħeġġeġ  lill-istess awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika sabiex jagħtu widen għad-diversi ittri li l-Għaqda bagħtet matul ix-xhur li għaddew u li s’ issa għadhom mhux imwieġba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com