Malta Taqbeż It-800,000 Doża Tal-Vaċċin Kontra L-Covid-19
Dalgħodu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali li pajjiżna issa qabeż it-800,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan ikompli jpoġġi lil Malta fuq quddiem fejn jidħol tilqim. Filwaqt li kompla jħeġġeġ lil dawk li għadhom ma’ ħadux it-tilqima biex jieħduha.
Ilbieraħ f’Malta bdiet tingħata d-doża booster ukoll lil anzjani li għandhom 70 sena u aktar.
Il-bieraħ qbiżna t-800,000 doża tal-#vaċċin tal-Covid-19 #besafe #booster pic.twitter.com/7G2TcMBgr4
— Chris Fearne (@chrisfearne) September 7, 2021