Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Kontejner Tal-Merkanzija
Raġel ta’ 24 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq kontejner tal-merkanzija.
L-inident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9am, fiż-Żona industrijali ta’ Ħal Far.
Ir-raġel, Somalu ta’ 24 sena, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.