Raġel Ta’ 46 Sena Indarab Serjament Wara Li Waqa’ Sular F’San Pawl il-Baħar
Raġel ta’ 46 sena mill-Kosta tal-Avorju, għal xi l-10:45pm kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Sqaq tax-Xema’, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, li huwa residenti l-Marsa, waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li indarab serjament.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.