Tiħux Minn Dan Il-Ħalib Minħabba Li Huwa Kkontaminat Bl-Ethylene Oxide
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat għaliex instab li fih ingredjent li huwa kkontaminat bl-Ethylene oxide.
Prodott: Unsweetened coconut milk
Ditta: Isola Bio
Volum: Litru
Lott u Data tad-durabbilità: 201123; Data: 23/11/2021
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.