Dr Dennis Vella Baldacchino Nominat Bħala Kummissarju Għas-Saħħa Mentali Ġdid
Dr Dennis Vella Baldacchino ġie nominat għall-kariga ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali.
Huwa ser jieħu post Dr John Cachia li serva f’din il-kariga mill-2012 ’l hawn.
Dr Dennis Vella Baldacchino se jassumi l-pożizzjoni ta’ Kummissarju għas-Saħħa Mentali nominat mill-1 ta’ Ottubru 2021 u se jieħu l-ħatra uffiċjalment mill-1 ta’ Diċembru 2021.
Preżentament, Dr Vella Baldacchino jokkupa l-kariga ta’ uffiċjal mediku ewlieni fil-Ministeru għas-Saħħa.
Fi Stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa jirringrazzja lil Dr John Cachia għas-servizz tiegħu tul l-aħħar disa’ snin filwaqt li jawgura kull suċċess lil Dr Vella Baldacchino.
Ritratt: TVM