Taljan Bi Ġrieħi Serji Wara Li Ntlaqat Minn Mutur Li Baqa’ Sejjer
Taljan ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ serjament waqt li kien qed isuq e-scooter u safa’ milqut minn mutur li telaq minn fuq il-post.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għal xi l-10:30pm, fi Triq Manuel Dimech, San Ġiljan.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.