Bil-Filmat: “Minn Gżira Tal-Għasel Għall-Gżira Li Tobgħod In-Naħal!”
“Minn gżira tal-għasel għall-gżira li tobgħod in-naħal”. Hekk kiteb Ermanno De Chino fuq il-midja soċjali tiegħu li huwa d-direttur tal-kumpanija Melita Bees.
Qal dan ma’ filmat li tella’ tal-istraġi li xi ħadd għoġbu jagħmel wara li poġġa tyres taħt il-kaxxi tan-naħal u taħhom in-nar.
Dan huwa att vandalu kontra l-ambjent fejn jidher li ntilfu mal-1.5 miljun naħla.
De Chino appella lill-awtoritajiet biex jinvestigaw dan l-att irresponsabbli.
Ritratt: TVM.com.mt