“Is-Sitwazzjoni Fil-Lukanda Ta’ Kwarantina Hija Degradanti” – Jiftħu Kawża Kontra Prof. Gauci
Tliet membri ta’ familja li spiċċaw skortati fil-lukanda ta’ kwarantina minħabba li kienu ġejjien minn pajjiż klassifikata bħala aħmar skur, fetħu protest ġudizzjarju fil-Qorti Ċivili kontra Prof. Charmaine Gauci.
Huma jirrakkontaw li hekk kif waslu mit-Tuneżija ġew skortati lejn il-lukanda tal-kwarantina f’kamra li fija 20 metru kwadru, mingħajr servizz ta’ tindif lanqas biex jinbidlu il-lożor tas-sodda.
Huma qalu li lanqas setgħu joħorġu mill-kamra biex jimxu ftit fil-kuritur għaliex kienu taħt għassa tal-Pulizija. “Is-sitwazzjoni fil-lukanda tal-kwarantina hija agħar mill-Ħabs jew Ċentru ta’ Detenzjoni” qal l-avukat tagħhom Dr. Andre Borg.
Iż-żewġ nisa u tifel kellhom joqogħdu fl-istess kamra meta huma kienu residenti Malta u għandhom propjetà tagħhom fejn setgħu jagħmlu l-kwarantina.
“Din id-detenzjoni, riżultat dirett ta’ deċiżjoni unilaterali meħuda mis-supretendent tas-saħħa pubblika, tikser id-dritt tal-bniedem għall-ħajja, il-libertà personali u s-sigurtà, it-tgawdija tal-proprjetà personali u l-protezzjoni fil-liġi,” qal l-avukat.