Il-PN Bi Proposti Biex Il-Bdiewa Jsiru Sidien Tal-Għelieqi Li Jaħdmu

 Il-PN Bi Proposti Biex Il-Bdiewa Jsiru Sidien Tal-Għelieqi Li Jaħdmu

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Pitkalija indirizzta mill-kelliem ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, id-Deputat Edwin Vassallo u l-kandidata Rebekah Cilia ħabru proposti biex jgħinu lil bdiewa jsiru sidien tar-raba tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jgħin lil bdiewa jakkwistaw direttament ir-raba tagħhom b’self bla interessi taħt skema tal-gvern minn fond apposta disponibbli bħala garanzija mal-banek. Din tkun skema għal dawk il-bdiewa li jridu jixtru r-raba li jaħdmu mingħand il-privat. Il-kelliema tal-PN qalu wkoll li din il-proposta tkun applika wkoll għal dawk iż-żgħażagħ li jridu jaħdmu bħala bdiewa.

Gvern ġdid Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li dawk il-bdiewa li jħallsu l-qbiela fuq art privata jkollhom għajnuna diretta fuq il-ħlas sa 70%. Bidwi jkun jista’ jieħu l-għajnuna jekk jagħti prova li qed jipproduċi ħxejjex u frott għas-suq lokali.

Il-PN qed jipproponi ukoll li jitwaqqaf bord bis-setgħa li jaqta’ każijiet pendenti dwar regolarizzazzjoni ta’ qbiela tal-Gvern.

Ritratt: NET News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com