Mistenni Tibdil Fil-Protokolli Tal-Kwarantina B’Rabta Mal-Ivjaġġar

 Mistenni Tibdil Fil-Protokolli Tal-Kwarantina B’Rabta Mal-Ivjaġġar

F’Tweet li għadu kemm kiteb id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għadu kemm ħabar li wara laqgħa li kellu llum ma’ Profs. Charmaine Gauci jidher li ħa jkun hemm xi tibdil fir-restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ivjaġġar, li jinkludu wkoll il-protokolli tal-kwarantina.

Matul dawn l-aħħar jiem fuq il-mezzi soċjali u l-midja qamet diskussjoni sħiħa dwar il-protokolli imposti fuq Maltin u persuni residenti Malta li qed jirritornaw lura minn pajjiżi fil-lista ħamra u jkollhom jagħmlu kwarantina fil-lukanda apposta flok fid-dar tagħhom.

Dan mistenni jitħabbar għada waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Fearne u Profs. Gauci.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com