Imnedija L-Konferenza Nazzjonali Tal-PN Dwar It-Tibdil Fil-Klima

 Imnedija L-Konferenza Nazzjonali Tal-PN Dwar It-Tibdil Fil-Klima

Il-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jorganizza konferenza dwar it-tibdil fil-klima fid-29 ta’ Settembru fejn ħa jkun hemm diskussjoni fuq diversi temi fosthom il-kostruzzjoni, mobiltá, sostenibbiltá u l-enerġija.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u l-Koordinatriċi ta’ PN Greens u kandidat għall-elezzjoni ġenerali Janice Chetcuti. Il-konferenza se tkun qed issir f’The Notch Conference Centre fl-Urban Valley Resort u tibda fil-ħamsa ta’ filgħaxija.

Permezz ta’ din il-konferenza l-Partit Nazzjonalista jixtieq li l-politika tiegħu issir flimkien mal-istakeholders relevanti li għandhom għal qalbhom is-suġġett.

Ntqal li din il-konferenza se titratta best practices, se tgħin ikun hemm iktar għarfien, u tiġi ifformolata il-politika tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ nies li huma esperti u għandhom dan is-settur għal qalbhom.

Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista ħabbar numru ta’ wegħdiet li jinkludu investiment biex jingħataw spazji pubbliċi lura lin-nies, jiġu mħaddra t-toroq u jiġu riġenerati wesgħat mitluqa fuq livell lokali, tinbena tree map u green score għal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex, żoni pedonali f’kull lokalità u parkeġġi pubbliċi li jinkludu infrastruttura għall-karozzi elettriċi, jiġu protetti l-bdiewa u r-raħħala li jħaddmu l-art bejn l-irħula u tissaħħaħ l-biodiversità urbana, jissaħħaħ d-dritt għall-aċċess liberu f’postijiet pubbliċi fil-kampanja u l-kosta, fond nazzjonali għall-protezzjoni ta’ binjiet u ġonna storiċi fil-lokalitajiet u jiġu inċentivati inizjattivi ambjentali fid-djar residenzjali u binjiet okkupati minn NGOs.

Fl-aħħar jiem il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wiegħed ukoll li Gvern ġdid Nazzjonalista immexxi minnu se jara li spazji li huma barra ż-żoni ta’ żvilupp, ser jibqgħu hekk għaliex ser jingħataw protezzjoni leġislattiva li biex tinbidel ikollha bżonn iż-żewġ̇ terzi tal-Parlament. Dan filwaqt li dak li hu permissibbli illum fl-ODZ se jibqa’ permissibbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com