Tony Curmi Lliberat F’Ġuri B’6 Voti Kontra U 3 Favur

 Tony Curmi Lliberat F’Ġuri B’6 Voti Kontra U 3 Favur

Illum, Tony Curmi ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien ma nstabx ħati f’ġuri b’6 voti kontra u 3 favur.

Curmi kien ġie arrestat f’Novembru tal-2014 wara li l-Pulizija kellhom informazzjoni li Curmi kien qed ibigħ id-droga. Wara tfittxija li kienet saret fil-karozza tiegħu u fuqu ma kienitx instabet droga.

Il-Pulizija kienet għamlet tfittxija ukoll fil-garaxx tiegħu fejn kienu raw raġel ieħor ħiereġ min ġo fih b’borża tal-karti. Il-Pulizija kienet waqqfitu u meta fittxew sabu 1,912 gramma raża tal-kannabis fil-borża. Dan ir-raġel qed jistenna wkoll li jgħaddi ġuri.

Il-Pulizija kienet qalet li fil-garaxx ta’ Curmi nstabu miżien u mgħarfa li fuqhom it-tnejn kien hemm traċċi ta’ kokaina madankollu fil-Qorti ntqal li mal-basket fejn instabet id-droga ma nstabu l-ebda marki tas-swaba’ ta’ Curmi.

Għal Curmi dehru l-Avukati Edward Gatt, Mark Vassallo u Ishmael Psaila, filwaqt li l-avukati Anthony Vella u Gabriel Shaun Azzopardi mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew l-prosekuzzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com